(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Frollu u Sħabu 7: Frollu Jmur Ġurnata Baħar
"Sejjer ġurnata baħar! Xi pjaċir!"
Paġna 1
Frollu lesta basket għal miegħu.
Paġna 2
"Iltqajt ma' Riki u Nokkla fuq tal-linja. Kemm aħna eċitati!"
Paġna 3
Wasalna u sibna post fuq ir-ramel.
Paġna 4
"Ejja nindilku sew ħalli ma taħraqniex ix-xemx!"
Paġna 5
"Tlaqna ngħumu!" "Ejja nilagħbu bil-ballun."
Paġna 6
"Jien qabadni l-ġuħ! Ejjew ħa nieklu xi ħaġa." "Xi jfuħ il-ħobż biż-żejt!"
Paġna 7
"Il-baħar jiftaħli l-aptit. Taf x'jonqosna issa?"
Paġna 8
"ĠELAT!"
Paġna 9
Frollu se joqgħod jaqra ftit... Riki u Nokkla se jibnu kastell.
Paġna 10
"Sar il-ħin biex immorru d-dar." "Kemm ħadna gost!"