(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Frollu u Sħabu 6: Frollu Jsib Kartiera

Illum ġurnata sabiħa.
Sejjer dawra sal-Belt ma' sħabi.
null
Paġna 1
Ara x'hawn mal-art!
Din x'inhi?
null
Paġna 2
Sibt kartiera!
Naħseb xi ħadd tilifha.
null
Paġna 3
"Min jaf kemm fiha flus!"
null
Paġna 4
"X'teżor sibt!"
"Sirt sinjur!"
null
Paġna 5
"Din il-kartiera mhix tiegħi. Ejja noħduha l-għassa tal-pulizija. Hekk qalulna tal-iskola."
null
Paġna 6
"Sibt din il-kartiera fit-triq. Ma nafx ta' min hi."
"Kemm int tifel bravu! Prosit talli ma żammejtx il-flus għalik!"
null
Paġna 7
"Ħa nara jekk fihiex karta tal-identità... Hawn hi! Ħa nċempel lil sidha."
null
Paġna 8
"Ħelow! Sibna l-kartiera tiegħek. Tista' tiġi l-għassa, Sinjur?"
null
Paġna 9
"Sibtu l-kartiera tiegħi?"
"Hawn hi. Frollu sabha."
null
Paġna 10
"Grazzi ħafna, Frollu! Ħa. Din għalik."
"Grazzi, Sinjur!"
null
Paġna 11
Tmiem