(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Frollu u Sħabu 5: Frollu Jgħin fid-Dar

Illum is-Sibt.
Kulħadd jgħin fil-faċendi tad-dar.
null
Paġna 1
Filgħodu nibdew fil-ġnien.
null
Paġna 2
Jien insaqqi l-pjanti u s-siġar.
null
Paġna 3
Ommi u oħti jikinsu l-weraq niexef.
null
Paġna 4
Sar ħin l-ikel. Il-papà mar jixtri.
Dalwaqt nibdew insajru.
null
Paġna 5
Jiena naħsel il-ħaxix sew.
null
Paġna 6
Il-mamà tħobb issajjar.
L-ikel tagħha tajjeb wisq!
null
Paġna 7
Kemm ifuħ l-ikel!
null
Paġna 8
L-ikel niżlilna għasel!
Ma ħallejna xejn ġol-platt.
null
Paġna 9
Il-papà jaħsel il-platti.
Jien nixxuttahom.
null
Paġna 10
Kważi lesti mill-faċendi.
Baqa' biss il-kamra tiegħi.
null
Paġna 11
Issa nista' mmur nilgħab mal-ħabiba tiegħi.
null
Paġna 12
"Ċaw, ma. Mhux se ndum."
null
Paġna 13
"Kemm ħadna gost! Imma issa sar ħin l-ikel. Narak għada!"
null
Paġna 14
Tmiem