(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Frollu u Sħabu 10: Frollu Jmur iċ-Ċirklu

Kemm ilni nistenna din il-ġurnata, ħbieb!
Ilna ma mmorru ċ-ċirklu flimkien.
null
Paġna 1
Ejja nixtru ftit ħelu għal waqt l-ispettaklu.
null
Paġna 2
Ara x'jaqbżu l-akrobati!
null
Paġna 3
Ara dak jimxi fuq il-ħabel!
Kif ma jibżax mill-għoli?
Għandu ħabel marbut ma' qaddu. Jekk jaqa' mhux se jweġġa'.
null
Paġna 4
Anke dik tar-rota għaddejja fuq il-ħabel!
Dik ir-rota b'rota waħda!
Kemm hi brava!
null
Paġna 5
Ara issa qed jibnu torri tan-nies!
Tgħid kemm se jkun għoli?
null
Paġna 6
Diġà telgħu sitta fuq xulxin!
null
Paġna 7
Din il-banda vera ddoqq sabiħ.
Ħerġin il-buffi!
Ara l-karozza kemm hi żgħira!
null
Paġna 8
Issa jmiss dak li jibla' n-nar!
Kemm hu bravu!
Min jaf kemm dam jipprattika?
null
Paġna 9
Ħadna gost iċ-ċirklu, ħbieb.
Darb'oħra nerġgħu niġu.
null
Paġna 10
Tmiem