It-Tnejn waranofsinhar, wara li omm Ethan u Eileen ġabrithom mill-iskola qaltilhom li kienet ser teħodhom is-supermarkit biex jagħmlu x-xirja. Huma tgħidx kemm kienu eċitati għax jafu li kull darba li jmorru s-supermarkit m’ommhom ikollhom iċ-ċans li jagħżlu biċċa ċikkulata kull wieħed u kaxxa ċereali.









