Darba waħda kien hemm raġel fqir jismu Abram. Dan kien il-qaddej ta’ Samwel, raġel sinjur ħafna.
Samwel kien joqgħod ġo dar enormi, qisha palazz, fil-belt ta’ Ruma. Samwel kien kattiv u Abram kien imdejjaq ħafna fid-dar tiegħu. Tax-xogħol kollu li kien jagħmel ftit li xejn kien imħallas.
Samwel kien jagħti lil Abram kisra ħobż filgħodu u oħra filgħaxija. Qatt ma kien jagħtih mill-ħafna ikel differenti li kien jiekol hu.









