
Il-kappella tal-għadam f’Sedlec
Tista’ timmaġina kappella ddekorata bl-għadam tan-nies? F’Sedlec, Kutná Hora, ir-Repubblika Ċeka nsibu kappella fejn minflok damask, fided u deheb insibu għadam tan-nies jiddekora l-ħitan u s-saqaf; xena pjuttost tal-biża’ għal xi wħud. Din il-kappella nsibuha taħt il-knisja tal-Qaddisin Kollha fiċ-ċimiterju ta’ Sedlec.












