Mary Quant se tibqa’ mit fid-dinja tal-moda. Irrevoluzzjonat il-mod kif jilbsu ż-żgħażagħ tal-ġenerazzjoni tagħha. Kienet temmen li l-moda għandha tkun milħuqa minn kulħadd bi prezzijiet raġonevoli.
Twieldet l-Ingilterra fil-11 ta’ Frar, 1934 fi Blackheath, f’Londra. Bint Jack u Mary Quant, it-tnejn għalliema iżda li kienu ġejjin minn familji ta’ ħaddiema fil-minjieri. Binthom Mary studjat Blackheath High School u kompliet tistudja l-arti u l-illustrazzjoni f’Goldsmith College.

