“Nov. 2006: Three girls aged 6 to 13 were rescued from Faribadad in the state of Haryana. Badly beaten and bruised the girls all worked as domestic helps just a few miles away from India’s capital Delhi.”
Sors: All News
Sors: All News
Għadni niftakar sew meta jien u oħti Shanta ma konniex inkunu nistgħu norqdu fl-iljieli sħan li jafu jagħmlu hawn, l-Indja. Konna mmorru nkiss inkiss nittawlu mit-tieqa u nibdew ngħoddu l-kwiekeb fis-sema iswed sakemm jerġa’ jaqbadna n-ngħas u norqdu ħdejn xulxin.
Noqogħdu f’dar żgħira ħafna f’Faribadad, l-Indja, ma’ ommi, missieri u ħutna Kaamil u Haami. Kaamil dejjem jibki u Haami għad għandu biss ftit xhur u dejjem fuq ommi. Jien u Shanta ftit morna skola għax biex tmur l-iskola trid tixtri l-affarijiet. Ħafna drabi nkunu qed ngħinu ’l ommi. Jien nieħu ħsieb is-subien u Shanta, li hija ftit akbar minni tgħinha tipprepara l-ftit ikel li jkollna. Imma konna nqattgħu ħin twil nilagħbu barra mat-tfal l-oħra.
Niftakar meta kien jaqbadni l-ġuħ, Shanta kienet tgħidli, “Ejja nibqgħu ftit ieħor, Bandhura. Mhux aħjar hawn nilagħbu fit-tajn?” Shanta kienet dejjem tkun taf x’għandna nagħmlu. Imbagħad kont ninsa li għandi l-ġuħ u kont nibqa’ nilgħab.


