(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Ix-Xemx u r-Riħ

null
Darba waħda r-riħ qal lix-xemx, “Jien aktar b’saħħti minnek.” Ix-xemx ma ħaditx gost. “Aħna t-tnejn tajbin,” qaltlu x-xemx.
Paġna 1
null
Kien għaddej raġel bil-ġlekk fit-triq. “Tridx nagħmlu mħatra?” staqsa r-riħ.
Paġna 2
null
“Min jirnexxilu jneħħi l-ġlekk tar-raġel l-ewwel jirbaħ,” qal ir-riħ. Ix-xemx qablet u qalet lir-riħ biex jibda.
Paġna 3
null
Ix-xemx marret tistaħba wara s-sħab. Ir-riħ beda jonfoħ.
Paġna 4
null
Ir-riħ nefaħ b’kemm kellu saħħa u qam riefnu kbir. Ir-raġel qafel sew il-buttuni tal-ġlekk.
Paġna 5
null
Ir-riħ kompla jonfoħ fuq li jonfoħ sakemm qata’ nifsu. “Ma niflaħx aktar,” qal ir-riħ għajjien.
Paġna 6
null
Fl-aħħar ir-riħ qata’ qalbu u waqaf jonfoħ. Issa kien imiss ix-xemx.
Paġna 7
null
Ix-xemx ħarġet minn wara s-sħab u bdiet tisreġ qawwija. Ir-raġġi tax-xemx dehru fuq il-bini. Waslu fuq l-art u laħqu lir-raġel ukoll.
Paġna 8
null
Ir-raġel ħass is-sħana. Neża’ l-beritta u ħall il-buttuni tal-ġlekk.
Paġna 9
null
Is-sħana bdiet tinħass aktar qawwija. “Xi sħana qed inħoss f’daqqa waħda!” qal ir-raġel.
Paġna 10
null
Ir-raġel neża’ l-ġlekk u xammar il-qmis. Poġġa fuq bank, ħareġ ktieb mill-basket u beda jaqra.
Paġna 11
null
Is-sħab u x-xita ferħu lix-xemx għax rebħet l-imħatra. “Brava!” qalu s-sħab u x-xita lix-xemx.
Paġna 12
null
Ir-riħ ma ħax gost li rebħet ix-xemx. Kien se jerġa’ jqajjem riefnu kbir. B’hekk ir-raġel iħoss il-bard u jerġa’ jilbes il-ġlekk.
Paġna 13
null
“M’għandekx għalfejn tirrabja,” qalet ix-xemx lir-riħ. “Aħna kollha differenti imma rridu naħdmu flimkien,” kompliet ix-xemx.
Paġna 14
Tmiem