
Fl-univers insibu ħafna sistemi solari, imma l-aktar waħda importanti għalina hija s-sistema solari tagħna.
Ix-xemx tinsab fiċ-ċentru ta’ din is-sistema u magħha nsibu jduru tmien pjaneti u l-qmura tagħhom, kometi, meteoriti, asterojdi u l-pjaneti nani. Din id-dawra max-xemx ngħidulha orbita. Il-pjaneti jinqasmu f’żewġ tipi: erba’ pjaneti interni u erbgħa esterni.










