Darba fost l-oħrajn, Kalċidon, li kien kemxejn għażżien u li qajla kien iħabbel rasu biex iżomm ruħu nadif, ħassu xi ftit ma jiflaħx. Kellu rasu tuġgħu u beda jħoss għeja kbira. Beda jgħid x’qed iħoss lil kull min kien jiltaqa’ miegħu, u kien hemm min tah parir biex imur għand tabib.













