Pappagall jiekol frotta.

Il-pappagalli jagħmlu parti mill-familja kbira tal-għasafar, iżda pappagall jingħaraf minn għasfur komuni billi munqaru huwa fit-tond u b’saħħtu ħafna iżjed. Il-pappagalli nsibuhom f’daqsijiet differenti; hemm iż-żgħar, tan-nofs, il-kbar u l-kbar nett. Insibu madwar 350 speċi ta’ pappagall, li nafu bihom. Ħafna minnhom jgħixu f’pajjiżi tropikali bħall-Awstralja, l-Asja, l-Amerka t’Isfel u l-Afrika. Ħafna pappagalli huma omnivori, jiġifieri jieklu minn kollox - frott, insetti, żerriegħa, u saħansitra laħam.














