(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Kafè
Il-kafè huwa xarba popolari ħafna. Il-kafè jsir miż-żerriegħa tal-kafè.
Paġna 1
Iż-żerriegħa tal-kafè tinsab fil-frotta tal-kafè. Normalment, fi frotta tal-kafè jkun hemm żewġ żerrigħat.
Paġna 2
Il-frotta tal-kafè hija l-frotta tal-pjanta magħrufa bħala Coffea. Il-Coffea toriġina mill-Afrika, madwar is-Sudan u l-Etjopja.
Paġna 3
Illum il-Coffea tikber f’aktar minn 70 pajjiż. Insibu varjetajiet differenti tal-Coffea, fosthom il-Coffea arabica u l-Coffea robusta.
Paġna 4
Meta ssir il-frotta tal-kafè, din tinqata’ mis-siġra. Wara li tinqata’ l-frotta, din titnixxef fix-xemx.
Paġna 5
Meta l-frotta tkun nixfet, iż-żerriegħa tiġi separata mill-kumplament tal-frotta. Jitneħħew ukoll xi ġebel jew xi biċċiet taz-zkuk.
Paġna 6
Iż-żerriegħa tal-kafè ġieli titnaddaf billi tinħasel. Wara li tinħasel, iż-żerriegħa titnixxef fix-xemx jew bil-magni.
Paġna 7
Meta ż-żerriegħa tal-kafè tkun lesta u nadifa, din tinxtewa. Tista’ tinxtewa ftit jew ħafna, skont il-gosti!
Paġna 8
Fl-aħħar, iż-żerriegħa tintaħan fil-mitħna tal-kafè. Iż-żerriegħa tal-kafè ssir bħal trab fin.
Paġna 9
Il-kafè mbagħad jissajjar fl-ilma jagħli. Wara jinxtorob sħun waħdu jew bil-ħalib.
Paġna 10
Il-kafè ġieli jinxtorob kiesaħ ukoll. Dan isir billi jitħalla jiksaħ u jiżdiedlu s-silġ u ġieli anki l-krema. Jogħġbok il-kafè? Taf ’il xi ħadd li jħobbu?