(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Borma Maġika
Darba waħda kien hemm tifla li kien jisimha Greta. Greta kienet tifla gustuża u bil-għaqal. Kienet tgħix ma’ ommha fil-kampanja.
Paġna 1
L-omm u t-tifla ma kinux sinjuri. L-omm kienet taħdem u t-tifla kienet tmidd idejha kemm tista’. B’hekk setgħu jgħixu tajjeb u jixtru l-ikel li kellhom bżonn. Ġurnata fost l-oħrajn, omm Greta kienet marida. It-tifla marret sal-Buskett biex issib xi frott li tkun tista’ tieħdu d-dar biex jikluh hi u ommha.
Paġna 2
Hemmhekk rat mara xwejħa li bdiet miexja bil-mod lejha. “X’jismek?” staqsietha x-xwejħa. “Qatt ma rajtek ’l hawn.”
Paġna 3
“Jisimni Greta,” wieġbet it-tfajla. “Ġejt naqta’ ftit frott biex inkun nista’ nieħdu d-dar, billi ommi ma tiflaħx.” “Inti tħobbha l-minestra?” staqsietha x-xwejħa. “Aħħ! Għandi aptit ftit minestra!” qalet Greta. “Stennieni ftit hawn,” qaltilha x-xwejħa.
Paġna 4
Ix-xwejħa daħħlet idha f’toqba kbira f’zokk ta’ siġra. Minnu ħarġet borma sewda kbira. “Imma dik il-borma vojta!” qalet it-tifla bil-geddum.
Paġna 5
Ix-xwejħa tbissmet. “Kulma għandek bżonn huma l-kelmiet maġiċi u din il-borma ssajjarlek l-ikel tajjeb kollu li tixtieq.”
Paġna 6
Il-borma bdiet timtela b’minestra sħuna. “Meta tkun tridha tieqaf trid tgħidilha hekk: Borma, ieqaf sajjar!” U l-borma waqfet.
Paġna 7
Greta marret lura d-dar ferħana bil-borma f’idha. Malli waslet marret ħdejn ommha u poġġiet il-borma mal-art.
Paġna 8
Kif il-borma mtliet bil-brodu, Greta qalet, “Borma, ieqaf sajjar!” Greta u ommha kielu ikla brodu bnin.
Paġna 9
Darba waħda Greta marret dawra mal-ħbieb tagħha. Omm Greta kellha l-ġuħ u qalet lill-borma, “Borma, ibda sajjar!”
Paġna 10
Il-borma bdiet timtela bis-soppa u l-omm bdiet tiekol minnha sakemm xebgħet. Niżlitilha għasel! B’xorti ħażina l-omm insiet il-kliem maġiku biex twaqqaf il-borma.
Paġna 11
Il-borma baqgħet timtela sakemm faret u mliet l-art kollha. Imbagħad imliet id-dar u mliet it-triq u daħlet fid-djar l-oħra wkoll. Greta baqgħet skantata meta rat it-toroq mimlijin soppa.
Paġna 12
Ġriet mal-villaġġ kollu tgħajjat kemm tiflaħ. Meta Greta waslet lura d-dar sabet il-bieb ta’ barra miftuħ. Il-kmamar kollha kienu mimlijin bis-soppa!
Paġna 13
Omm Greta kienet fuq is-sufan. Kellha kuċċarun f’idha u bdiet tiekol aktar soppa minn ġol-borma. Greta marret ħdejn ommha u t-tnejn infexxew jidħku kemm jifilħu. Minn dakinhar omm Greta dejjem baqgħet tiftakar x’għandha tgħid biex twaqqaf il-borma!