(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Bejtiet

Il-bejta hija d-dar tal-għasfur jew tajra. Fiha jrabbu l-frieħ tagħhom. Jeżistu tipi differenti ta’ bejtiet. Kull speċi tibni l-bejta adattata għall-abitat u l-bżonnijiet tagħha.
F’xi każi l-koppja jibnu l-bejta flimkien, iżda nsibu wkoll tjur fejn ir-raġel ma jidħolx fil-biċċa. Insibu wkoll tjur jew għasafar fejn ir-raġel jibni l-bejta waħdu.
null
Paġna 1

Bejta taz-zkuk għamla ta’ kikkra fuq is-siġar

L-aktar bejta komuni hija l-bejta taz-zkuk għamla ta’ kikkra. Din jagħmluha għasafar li naraw spiss madwarna, bħall-għasfur tal-bejt u l-pitirross.
L-akbar waħda ta’ dan it-tip hija l-bejta taċ-ċikonji, li tkun fonda madwar 270 ċentimetru u wiesgħa 180 ċentimetru.
null
Paġna 2
Dawn l-għasafar u t-tjur jibnu l-bejta tagħhom biz-zkuk u l-ħaxix. Fuq ġewwa jiksu l-bejta b'materjal artab bħal ħażiż, suf, rix u qoton.
null
Paġna 3

Bejta teħel mal-ħajt

Insibu bejtiet li jeħlu mal-ħitan, mal-irdumijiet jew maz-zkuk tas-siġar. Dawn jinbnew bit-tajn, li meta jħalltuh mal-bżieq tagħhom jifforma bħal tafal li jwaħħal.
null
Paġna 4
Meta dan jinxef, dan il-materjal jibbies u jsir ħaġa waħda. Fost l-għasafar li jagħmlu din it-tip ta’ bejta nsibu l-ħuttaf.
null
Paġna 5

Bejta pjattaforma

Insibu wkoll bejtiet pjattaforma, jiġifieri bejtiet ċatti. Dawn jinbnew l-aktar mit-tajr kbir tal-priża, bħall-ajkla u s-seqer.
null
Paġna 6
Dawn jinbnew biz-zkuk, kultant xi ftit ikbar. Dawn it-tjur għandhom ħabta jerġgħu lura għall-istess bejta sena wara sena, u kull sena jkomplu jkabbru l-bejta tagħhom. Dan iwassal biex xi bejtiet jilħqu daqs enormi b’piż ta’ madwar tunnellata!
Dawn il-bejtiet pjattaforma ġeneralment jinbnew fil-għoli ħafna, eżempju fuq l-irdum, fuq xi siġra kbira jew arblu.
null
Paġna 7

Bejta mal-art

Xi tjur, bħall-kokka u l-garnija, jippreferu jħaffru ħofra fonda jew mina taħt l-art jew f’xi rdum biex jibnu l-bejta tagħhom. Dawn imbagħad ipoġġu materjal artab f’tarf din il-mina, bħal rix, biex fuqu jbidu l-bajd. Ġieli wkoll jerġgħu jużaw toqob li jkunu ħaffru annimali oħra.
null
Paġna 8
Mill-banda l-oħra, xi tjur oħra jagħmlu l-bejta tagħhom litteralment mal-art, ġeneralment billi jħaffru bħal ħofra żgħira biex il-bajd ma jirrumblax ’il barra minnha. Il-bajd ta’ dawn it-tjur normalment ikun simili għall-kuluri tal-ambjent tal-madwar biex ftit li xejn jidher.
null
Paġna 9
Xi wħud minn dawn it-tjur jużaw ħaxix u anki rix biex jagħmlu sodda ratba għall-bajd tagħhom. Fost dawn insibu l-papri, il-wiżż u anki s-summien. Dawn il-bejtiet jistgħu jkunu moħbija xi daqsxejn grazzi għall-ħaxix għoli.
null
Paġna 10
Anki l-pingwini jagħmlu l-bejta tagħhom mal-art, għalkemm dawn jużaw ukoll il-ġebel biex ma jkaxkruhilhomx l-ilmijiet.
Ħafna drabi, huma t-tjur irġiel li jagħmlu dawn it-tip ta’ bejtiet, peress li saqajhom huma aktar b’saħħithom. Il-mara mbagħad tbid il-bajd meta jidhrilha li l-bejta tkun laħqet it-temperatura ideali!
null
Paġna 11
Tmiem