(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Hansel u Gretel

Hansel u Gretel kienu jgħixu fil-foresta ma’ missierhom u ommhom tar-rispett, iżda ommhom ma kinitx tħobbhom. Kienu fqar, tant li ma kellhomx x’jieklu.
null
Paġna 1
Darba l-mara qalet lil missierhom, “Għada nieħdu t-tfal fil-foresta u nħalluhom hemm. Hekk neħilsu minn biċċa inkwiet.” It-tfal semgħu kollox. “Magħmula tagħna!” qalet Gretel, iżda Hansel kellu pjan. Dlonk ħareġ u ġabar ħafna ġebliet bojod jixegħlu fid-dlam.
null
Paġna 2
L-għada, huma u deħlin il-foresta, beda jitfa’ l-ġebliet fl-art. Meta waslu f’nofs il-foresta qabbdu ħuġġieġa. Il-mara qaltilhom biex jistennew hemm sakemm hi u missierhom jiġbru l-injam. Hansel u Gretel poġġew bilqiegħda u f’nofsinhar kielu biċċa ħobż, sakemm ġiethom nagħsa ħelwa u raqdu. Xħin qamu kien dlam ċappa. Gretel bdiet tibki imma Hansel qabdilha idha u bdew mexjin mal-ġebliet bojod jixegħlu fid-dawl tal-qamar.
null
Paġna 3
Imxew il-lejl kollu u mas-sebħ kienu qed iħabbtu fuq il-bieb tad-dar. Fetħitilhom il-mara, li qabdet tgħajjat għax baqgħu reqdin fil-foresta. Iżda missierhom qabeż bil-ferħ!
null
Paġna 4
Maż-żmien l-ikel reġa’ naqas, u l-mara qalet lil żewġha, “Nofs ħobża baqgħalna! Għada nieħdu t-tfal iktar ’il bogħod fil-foresta, inkella mmutu bil-ġuħ.” Missierhom kellu jgħid iva din id-darba wkoll.
null
Paġna 5
It-tfal reġgħu semgħu kollox. Għalhekk Hansel prova jerġa’ joħroġ jiġbor il-ġebel, imma l-mara kienet sakkret il-bieb!
“Ma jimpurtax,” qal, “il-Bambin jieħu ħsiebna.”
Filgħodu reġgħu rħewlha fil-foresta. Il-biċċa ħobż li kellhom did-darba kienet ħafna iżgħar. Kultant Hansel beda jaqta’ loqma u jitfagħha fil-mogħdija, biex isibu t-triq lura.
null
Paġna 6
Tbiegħdu biċċa sewwa. Gretel qasmet il-ħobż ma’ ħuha u reġgħu raqdu ħdejn in-nar. Fit-triq lura sabu li l-għasafar kienu kielu l-loqom tal-ħobż kollha! Damu jduru l-lejl kollu imma d-dar ma sabuhiex. Fit-tielet ġurnata ħassewhom se jmutu bil-ġuħ u bdew jaqtgħu qalbhom. Imbagħad lemħu dar żgħira mibnija bil-ħelu, bis-saqaf kollu kejkijiet u t-twieqi magħmulin minn ħelu taz-zokkor.
null
Paġna 7
It-tfal iġġennu! “Gretel, ibda naqqar il-ħitan u jien ingerrem is-saqaf. Aħħ, kemm jidhru tajbin!” qal Hansel, u hekk għamlu.
Dlonk semgħu leħen irqiq jgħid: “Gerrem, naqqar, igdem, kul! Mingħajr dar jien fejn se mmur?”
It-tfal baqgħu jieklu, imma mbagħad ħarġet xiħa għakka, timxi bil-bastun, u twerwru! Hi tbissmitilhom u qaltilhom, “Idħlu ġewwa, tfal ħelwin. Tibżgħux!”
null
Paġna 8
Kif daħlu sabu mejda mimlija ikel mill-ifjen, frott, ħalib u ħelu. Imbagħad ix-xwejħa firxitilhom is-sodod bil-lożor bojod ifuħu u kutri sħan. Kienu fil-ġenna tal-art!
null
Paġna 9
Iżda x-xwejħa dħulija kienet saħħara kattiva li xxomm it-tfal, tħajjarhom bil-ħobż u l-ħelu, taqbadhom u tħallihom jismnu biex issajjarhom u tikolhom! Għalhekk filgħodu għalqet lil Hansel fi stalla u lil Gretel qabbditha ssajjar kemm tiflaħ.
null
Paġna 10
Kuljum is-saħħara bdiet titma’ ħafna ikel lil Hansel. Kienet tgħidlu jagħtiha sebgħu ħa tara kibirx, iżda minflok kien jagħtiha għadma. Hi qatt ma ndunat għax ma kinitx tara wisq, u stagħġbet kif ma kienx qed jikber. Fl-aħħar tilfet il-paċenzja.
“Xbajt nistenna! Smin jew le għada nieklu!”
null
Paġna 11
L-għada ħadet lil Gretel ħdejn il-forn jaħraq nar u qaltilha biex tidħol fih u tara kienx sħun biżżejjed. Il-ħsieb tagħha kien li kif tkun ġewwa tagħlaqha u taħmiha biex tikolha wkoll!
null
Paġna 12
Gretel indunat bil-pjan u qaltilha, “Ma nafx kif. Aħjar turini.”
Ix-xiħa nefħet bir-rabja. “Kemm ma taf xejn! Hekk, ara!”
U bdiet dieħla fil-forn. Gretel dak li riedet! Imbuttatha bis-saħħa u għalqitilha l-bieba. Ix-xiħa tgħidx kemm werżqet fin-nar, imma kien kollu għalxejn!
null
Paġna 13
Gretel marret teħles lil ħuha mill-istalla. “Hansel, ġejt neħilsek! Is-saħħara mejta!” Kemm qabżu bil-ferħ u tgħannqu t-tfal! Xħin daħlu fid-dar sabu senduq kbir mimli perli u ġojjelli. Imlew il-bwiet sax-xfar u telqu.
null
Paġna 14
Imxew sagħtejn sħaħ u waslu ħdejn għadira. Riedu jaqsmu għan-naħa l-oħra iżda la kien hemm pont u lanqas dgħajsa. Gretel rat ċinju abjad jgħum u sejħitlu.
“Ċinju ħelu, tista’ tgħinna
naslu hemm bla telf ta’ żmien?
Ma ġġorrniex fuq dahrek l-abjad?
Pont jew dgħajsa m’hawn imkien!”
null
Paġna 15
Iċ-ċinju resaq lejhom. L-ewwel rikkeb lil Gretel san-naħa l-oħra, imbagħad għamel l-istess b’Hansel. Sellmulu u rħewlha għal għonq it-triq. Meta waslu lura d-dar ħassewhom fis-seba’ sema!
null
Paġna 16
Missierhom għannaqhom b’saħħtu kollha, beka bil-ferħ u qalilhom li mingħajrhom kien iħoss dwejjaq kbar. Il-mara kienet mietet. It-tfal imlew kullimkien bil-perli u l-ġojjelli. L-inkwiet għalihom spiċċa u għexu ferħanin flimkien għal dejjem!
null
Paġna 17
Tmiem