‘Brr! Brr! Kemm hawn kesħa! Jien kif sibt ruħi hawn, f’art il-kesħa?’ staqsa Gun lilu nnifsu. ‘Din mhix is-saltna tiegħi. Dan it-temp ma jgħoddx għalija. Jien imdorri ngħix fis-sħana.’
Gun beda jibki. Id-dmugħ beda jiżżerżaq ma’ ħaddejh u għamel għadira fl-art. “Irrid immur id-dar, irrid immur id-dar.”
Ħadd ma wieġbu. Gun beda jaħseb. X’kien għaddej minn moħħu?







