Reading Stars

Il-proġett Brillantini tal-Qari tnieda fl-4 ta’ Novembru 2016. Din il-kampanja tippremja lil dawk it-tfal u l-adolexxenti li jħobbu jaqraw fil-postijiet pubbliċi bħal ġonna jew waqt li qed jistennew it-trasport tal-iskola. L-istaff tal-NLA jagħti sorpriża ħelwa lit-tfal waqt li jkunu qed jaqraw billi jagħtihom ittra ta’ rikonoxximent u vawċer ta’ kotba, sponsorjat minn Merlin Library.

Għal iktar informazzjoni, ġentilment żur il-paġna ta’ Facebook Reading Stars Malta​.