Read Aloud Programme - Ħlewwet il-Qari

Ħlewwet il-Qari / Read Aloud Programme

Minn Novembru 2021, beda jiġi offrut programm tal-litteriżmu online, Ħlewwet il-Qari/Read Aloud Programme għall-istudenti identifikati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bħala dawk li l-aktar jistgħu jibbenefikaw minnu. Il-programm jikkonsisti minn tliet sessjonijiet online ta’ qari mgħajjat f’pari li jsiru darba fil-ġimgħa, bil-Malti jew bl-Ingliż, mogħtija minn tuturi tal-qari mħarrġa.

Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3332.