Libreriji fid-djar / Home Libraries
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed tgħin lill-familji jibdew jibnu l-librerija tat-tfal fid-djar tagħhom permezz tal-proġett Libreriji fid-djar/Home Libraries. Biex jintlaħaq dan il-għan, l-Aġenzija qed tħaddem tliet inizjattivi differenti:
- Fl-2025, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed timplimenta miżura tal-baġit li taħseb għat-tqassim ta’ €150 f’kotba għat-tfal ta’ familji li jibbenefikaw minn Skema 9. Permezz ta’ din il-miżura tal-baġit, it-tfal vulnerabbli qed jirċievu kotba tal-qari b’xejn adattati għall-età tagħhom.
- Permezz tal-inizjattiva Il-Kotba Ħbieb tat-Tfal / Books are Children’s Friends, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tgħin lill-familji jibnu librerija żgħira fid-dar tagħhom mgħammra b’kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż għal kull tifel u tifla fil-livelli kollha tal-iskola primarja.
- L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed tassisti lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża fil-provvediment ta’ kaxxi sostenibbli għat-trabi, billi tipprovdi sett ta’ żewġ kotba, wieħed bil-Malti u l-ieħor bl-Ingliż, biex jiġu inklużi f’dawn il-kaxxi.
Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3309.