Il-Litteriżmu tas-Simboli / Symbol Literacy
Il-Litteriżmu tas-Simboli/Symbol Literacy Project huwa proġett immexxi mill-Prof. Adrian. M. Gellel mill-Università ta’ Malta, f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jgħin lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tal-osservazzjoni, tal-ħsieb u dawk kreattivi. Permezz ta’ dan il-proġett, it-tfal ikunu kapaċi jagħrfu, jaqraw u jinterpretaw simboli u metafori, u jagħmlu sens mit-tradizzjonijiet, l-għarfien, u l-patrimonju mgħoddi lilna mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabel. Għaldaqstant, it-tfal jagħnu r-repertorju simboliku tagħhom u kif ukoll dak kulturali, filwaqt li jibdew jifhmu r-realtà b’mod integrat u mhux frammentat.
Ikkuntattjana fuq Facebook Symbol Literacy Project jew ċempel 2598 3326.