National Readathon - Qaritona Nazzjonali

Qaritona Nazzjonali / National Readathon

Il-Qaritona Nazzjonali/National Readathon hija inizjattiva organizzata mill-Malta Trust Foundation f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. L-għan ta’ din il-Qaritona huwa li jħeġġeġ l-imħabba għall-qari fost it-tfal u jrawwem sens ta’ solidarjetà ma’ sħabhom permezz tal-qari għall-gost. Il-fondi miġbura se jintużaw biex jinxtraw apparati t’assistenza personali għal tfal b’diffikultà fit-taħdit li qegħdin fuq l-ispectrum tal-awtiżmu u tfal għomja/neqsin mid-dawl.

Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3324.