Il-Jum Ewropew tal-Lingwi / European Day of Languages
Il-Kunsill tal-Ewropa jorganizza l-Jum Ewropew tal-Lingwi/European Day of Languages biex jiċċelebra d-diversità lingwistika. Fl-Ewropa, it-800 miljun ċittadin Ewropew tas- 47 Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa huma mħeġġa jsiru midħla ta’ iktar lingwi f’ ħajjithom.
Kull sena, bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Ewopew tal-Lingwi, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn 3 u 16-il sena biex juru x’kapaċi jagħmlu b’lingwi barranin. Din il-kompetizzjoni tkun miftuħa waqt ix-xhur tas-sajf.
Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati għall-użu tal-lingwa barranija, għall-kwalità tal-filmat u għall-kreattività.
Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3311.