Brillantini tal-Kitba - Writing Stars

Brillantini tal-Kitba / Writing Stars

Il-programm Brillantini tal-Kitba/Writing Stars jippremja lill-istudenti tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji li għandhom ħakma tajba tal-ħiliet tal-kitba u jgħinhom ikomplu jiżviluppawhom.

Ta’ kull sena, studenti tas-sitt sena (Year 6) mill-iskejjel primarji tal-istat, li għandhom ħakma tajba tal-ħiliet tal-kitba, huma ppremjati b’Xalata ta’ Kitba f’Ruma u l-Vatikan. Dawn il-Brillantini tal-Kitba flimkien ma’ edukaturi tal-litteriżmu, iżuru bosta postijiet storiċi u jieħdu sehem f’attivitajiet tal-kitba kreattiva.

Il-Festival tal-Kitba għall-Brillantini tal-Kitba tal-iskejjel medji jsir kull sena sabiex studenti mill-iskejjel medji tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti jiltaqgħu ma’ kittieba lokali u barranin. Il-kittieba jgħinu lill-istudenti kittieba tat-tmien sena (Year 8/Form 2) li għandhom ħakma tajba tal-ħiliet tal-kitba, isaħħu l-ħiliet tagħhom tal-kitba billi jiddiskutu, ifasslu u jiktbu kitbiet ta’ ġeneri differenti.

Ikkuntattjana fuq Facebook Brillantini tal-Kitba/Writing Stars-Malta jew ċempel 2598 3312.