Rakkonti
Fis-26 ta’ Ottubru 2016, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bl-għajnuna tal-Banif Bank, nediet Rakkonti, proġett ta’ tliet snin immirat li jtejjeb il-ħiliet fil-lingwa u l-litteriżmu, bħalma huma l-qari, is-smigħ, it-taħdit, il-kitba, u l-ħsieb kritiku fi ħdan it-tfal tas-snin bikrin u dawk tal-primarja. Rakkonti jippromwovi stejjer tradizzjonali Maltin permezz ta’ animazzjonijiet diġitali, mużika, u rrakkontar animat permezz ta’ pupazzi. Dawn l-istejjer huma miktubin u illustrati minn Trevor Żahra, u jistgħu jew jinqraw bħala narrazzjoni, jew drammatizzati bl-użu ta’ pupazzi li jitqassmu fl-iskejjel primarji kollha tal-istat madwar Malta u Għawdex. Kull storja hija kumplimentata b’diska miktuba minn Trevor Żahra bil-mużika ta’ Dominic Galea. Dawn l-istejjer jistgħu jiġu aċċessati f’din il-paġna u l-animazzjonijiet mill-istazzjon ta’ YouTube tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.