Il-Programm tal-Litteriżmu Klabb Naħla / Klabb Naħla Literacy Programme
Klabb Naħla huwa programm ta’ intervent fil-litteriżmu maħsub għal tfal li jsibuha bi tqila jaqraw u jiktbu. Dan il-programm jikkumplimenta l-appoġġ li dawn it-tfal jingħataw fl-iskola matul il-ġurnata. L-istudenti li jieħdu sehem fi Klabb Naħla jsaħħu l-ħiliet tal-litteriżmu tagħhom fil-Malti jew fl-Ingliż, skont il-bżonnijiet tagħhom. It-tuturi tal-litteriżmu ta’ Klabb Naħla jkunu edukaturi li jgħallmu fl-iskola tal-istudenti stess. L-Aġenzija Nazzjonail tal-Litteriżmu tagħti appoġġ lill-iskejjel fl-ippjanar u t-twettiq ta’ dan il-programm.
L-iskola tidentifika l-bżonnijiet (fil-Malti jew fl-Ingliż) tal-gruppi (mit-tieni sena sas-sitta). Imbagħad jintgħażlu t-tfal li jkollhom diffikultà fil-qari jew fil-kitba, u l-ġenituri/kustodji jiġu offruti l-opportunità li t-tfal tagħhom jieħdu sehem fi Klabb Naħla.
Is-sessjonijiet jingħataw wiċċ imb wiċċ lil gruppi ta’ studenti ta’ mhux aktar minn sitt itfal u jsiru mill-inqas darbtejn (preferibilment tliet darbiet) fil-ġimgħa, qabel l-iskola (fil-Breakfast Club) jew eżatt wara l-ħin tal-iskola.
Ikkuntattjana fuq Facebook Klabb Naħla jew ċempel 2598 3323.