Iċ-Ċentri tar-Riżorsi / Literacy Resource Centres
Iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu huma miftuħin għall-edukaturi professjonali kollha (għalliema tal-klassi, LSTs, għalliema kumplementari, LSEs, KGEs, eċċ.) kif ukoll ġenituri tat-tfal li qegħdin jattendu wieħed mill-programmi tat-tisħiħ tal-qari (Ir-Rimonta, Nwar, eċċ.) li jixtiequ jissellfu r-riżorsi tal-litteriżmu.
Dawn iċ-ċentri qegħdin maġenb iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Litteriżmu fil-Ħamrun u fl-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex. Dawn iċ-ċentri għandhom għażla ta’ riżorsi tal-litteriżmu bil-Malti u bl-Ingliż miġbura flimkien bl-għan li jgħinu lil dawk li xogħolhom huwa fis-settur tal-litteriżmu.
Tistgħu taraw il-kotba u r-riżorsi li qegħdin fiċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu tal-Ħamrun, Malta minn dan il-katalgu: LRC Malta Catalogue 27.10.2025
Tistgħu taraw il-kotba u r-riżorsi li qegħdin fiċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Xagħra, Għawdex minn dan il-katalgu: LRC Gozo Catalogue 27.10.2025
L-Edukaturi jistgħu jissellfu r-riżorsi billi jibgħatu ittra elettronika bid-dettallji tagħhom kif qegħdin miktubin fuq il-karta tal-libreriji pubbliċi flimkien mat-titli li jixtiequ jissellfu miċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu. Dawn ir-riżorsi, imbagħad, jitwasslulhom fl-indirizz tal-iskola jew tad-dar.
Ikkuntattjana fuq Facebook Literacy Resource Centres jew ċempel 2598 3317 (il-Ħamrun, Malta) / 2598 8725 (Xagħra, Għawdex).