LISU

It-Taqsima li toffri Sapport lil-Libreriji tal-Iskejjel / The Literacy and Information Support Unit (LISU)

It-Taqsima li toffri Sapport lil-Libreriji tal-Iskejjel/The Literacy and Information Support Unit (LISU) tgħin lill-iskejjel primarji, medji u sekondarji tal-istat fl-aspett tekniku u kurrikulari tal-libreriji. Il-libreriji tal-iskejjel jingħataw għajnuna minn għotjiet ta’ numru ta’ kotba u riżorsi. Din it-Taqsima, flimkien mall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Immaniġġjar tal-Kurrikulu, ta’ kull sena torganizza ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lill-Promoturi tal-Qari li hija parti mill-kampanja mifruxa ma’ Malta kollha fuq il-promozzjoni tal-qari. L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva huwa li jagħti għarfien mhux biss lil dawk l-istudenti li huma qarrejja tajba bil-Malti u bl-Ingliż, iżda ukoll lil dawk li għamlu sforz biex isaħħu l-ħiliet tagħhom fil-qari, kif ukoll lil dawk l-istudenti li jippromwovu l-qari. Matul din iċ-ċerimonja, student tal-Form 2 mill-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti jingħataw premju wara li jkunu nominati għall-isforzi tagħhom mill-għalliema/librara tagħhom.

Ikkuntattjana fuq Facebook LISU jew ċempel 2598 3309.