Aqra fis-Sajf - Summer Reading Campaign

Aqra fis-Sajf / Summer Reading Campaign

Waqt ix-xhur tas-sajf (Lulju-Settembru) l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza l-kampanja ta’ qari għall-gost Aqra fis-Sajf/Summer Reading Campaign. L-għan tal-kampanja huwa li t-tfal ikomplu jaqraw fis-sajf. Għalhekk, matul is-sajf, it-tfal kollha li jattendu SkolaSajf jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ Qari Flimkien (Shared Reading) bil-Malti u bl-Ingliż. Fl-istess ħin l-Aġenzija torganizza wkoll programmi għall-istudenti li jkunu qed jattendu l-programmi Nwar, Klabb Naħla u Reading Recovery. Bħala parti minn din il-kampanja jiġu organizzati diversi kompetizzjonijiet biex jippromwovu l-qari.

Ikkuntattjana fuq Facebook Aqra​ fis-Sajf ​​​jew ċempel 2598 3324.