Brillantini tal-Qari - Reading Stars

Brillantini tal-Qari / Reading Stars

Il-kampanja Brillantini tal-Qari/Reading Stars hija sponsorjata minn Merlin Library u l-għan tagħha hu li tqanqal u trawwem passjoni għall-qari fost it-tfal u l-adolexxent.

L-iskejjel, l-għalliema u l-ġenituri huma mistiedna jinnominaw studenti li għandhom għal qalbhom il-qari. Il-formola tal-applikazzjoni ssibuha f’din il-ħolqa: https://forms.office.com/e/jFFckamiJm

In-nominati jridu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni Jiena Brillantin/a tal-Qari. Iridu juru l-imħabba tagħhom lejn il-qari billi jagħmlu waħda jew iktar minn dawn l-attivitajiet:

  • jiktbu fi kliemhom dwar il-kotba jew l-awturi favoriti tagħhom
  • ipinġu stampa mill-ktieb favorit tagħhom jew tal-karattru/i l-aktar għal qalbhom
  • joħolqu filmat qasir li fih jitkellmu dwar il-ktieb jew l-awtur li jogħġobhom l-iktar
  • jiddeskrivu r-rokna favorita tagħhom fejn jaqraw u jibagħtulna ritratti ta’ din ir-rokna
  • joħolqu filmat qasir li fih jirreċtaw xena mill-ktieb favorit tagħhom
  • jissorprenduna b’xi ħaġa oħra bil-kreattività tagħhom!

L-applikazzjoni għall-kompetizzjoni qiegħda fil-formola tan-nominazzjoni. Din tista’ tintbagħat b’ittra elettronika lil [email protected].

In-nominazzjonijiet jgħaddu minn proċess ta’ għażla u jitrebbħu l-aħjar nominazzjonijiet skont il-mertu. L-istudenti magħżula se jingħataw kupun li jissarraf f’kotba, sponsorjati minn Merlin Library.

Ikkuntattjana fuq Facebook Reading Stars Malta jew ċempel 2598 3315.