Read with Me - Aqra Mieghi

Aqra Miegħi / Read with Me

Aqra Miegħi/Read with Me huwa programm bla ħlas maħsub għal trabi u tfal żgħar minn 0-3 snin flimkien mal-ġenituri kustodji tagħhom. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jkattar il-gost għall-qari fit-tfal minn età bikrija u jsaħħaħ fihom il-ħiliet lingwistiċi tagħhom, fejjieda għall-iżvilupp tagħhom. Dan il-programm huwa bbażat fuq il-qari animat ta’ kotba adattati għal din l-età minn Animaturi tal-Qari u hu akkompanjat mill-kant ta’ taqbiliet u attivitajiet relatati mal-iżvilupp tat-tfulija bikrija. Is-sessjonijiet huma ta’ siegħa u jsiru bil-Malti u bl-Ingliż. Dan il-programm iseħħ f’aktar minn 50 post differenti li jvarjaw minn skejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex.

Ikkuntattjana fuq Facebook Aqra Miegħi/Read with Me jew ċempel 2598 3335.

Aqra Miegħi / Read with Me Skeda Animaturi tal-Qari (mit-13 sat-18 ta' Lulju 2026)

Aqra Miegħi / Read with Me Skeda Animaturi tal-Qari (mill-20 sal-25 ta' Lulju 2026)