Bil-Qari u l-Kitba Niskorja - Footballers' Read and Write Programme

Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers’ Read and Write Programme

Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers’ Read and Write Programme huwa programm ta’ futbol u litteriżmu offrut lill-istudenti li qegħdin fil-ħames u s-seba’ sena tal-iskejjel primarji u medji. Dawn l-istudenti jkollhom l-opportunità jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ qari u kitba relatati mal-futbol u l-isport. L-għan tal-programm huwa li juża l-entużjażmu tat-tfal għall-futbol biex iħeġġeġ fihom l-imħabba għall-qari u l-kitba.

Il-programm tnebbaħ mill-‘Premier League Reading Stars’ tal-Ingilterra, programm tan-National Literacy Trust, il-Premier League Association u l-British Council. Dan il-programm qiegħed isir bi sħab mal-Malta Football Association (MFA).

Ikkuntattjana fuq Facebook Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/Footballers’ Read and Write Programme jew ċempel 2598 3324.