Inrawmu t-trabi jaqraw / Nurturing the love of reading in babies
L-Aġenzija taħdem f’kollaborazzjoni ma’ Parentcraft Services biex isiru s-seminars Inrawmu t-trabi jaqraw/Nurturing the love of reading in babies dwar l-importanza tal-qari lit-trabi. Dawn is-seminars huma mmirati għal ġenituri prospettivi jew dawk il-persuni li jindukraw lit-trabi. Dawn is-sessjonijiet isiru online fuq Microsoft Teams, wiċċ imb wiċċ fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Litteriżmu u fil-Kampus tal-Università Barts Queen Mary fir-Rabat, Għawdex.
Is-seminars isiru jew bil-Malti nkella bl-Ingliż. Il-ġenituri li jattendu dawn is-seminars jingħataw pakketti ta’ riżorsi tal-litteriżmu li jistgħu jużaw mat-trabi tagħhom. Kull pakkett jikkonsisti fi 3 kotba bl-istampi għat-trabi, 3 kotba informattivi b’linji gwida dwar kif għandek taqra lit-trabi u t-tfal żgħar u kif trawwem l-imħabba għall-qari, CD b’għanjiet tat-tfal bil-Malti, werrejja (bookmarks) b’messaġġi dwar il-litteriżmu, fuljetti informattivi dwar programmi ta’ ħlewwet il-qari u linji gwida għall-ġenituri, kif ukoll pupazz biex jintuża waqt il-qari.
Sabiex tapplika għal dawn is-seminars, jekk jogħġbok agħfas hawn.
Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3328.