Reading Recovery

Rimonta fil-Qari / Reading Recovery

Reading Recovery huwa programm ta’ intervent fil-litteriżmu bl-Ingliż li jieħu bejn tnax u għoxrin ġimgħa ta’ tagħlim. Huwa mfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ tfal li jkunu fit-tieni sena tal-primarja, f’sitt xhur speċifiċi skont l-età tagħhom. It-tfal magħżula jkunu studenti li qed isibuha diffiċli jaqraw u jiktbu. Huma jiġu mgħallma individwalment minn għalliema mħarrġa, nofs siegħa kuljum.

L-għan ta’ RR huwa li t-tfal jiżviluppaw strateġiji effettivi fil-qari u l-kitba, li bihom jirnexxilhom jagħtu prestazzjoni għall-inqas tal-medja tal-istudentil tal-klassi tagħom. Matul dawn l-aħħar ħames snin, ir-RR ġie implimentat f’aktar minn sittin skola f’Malta u Għawdex mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’kollaborazzjoni ma’ Reading Recovery Europe u University College London (UCL).

Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ​​jew ċempel 2598 3325.