Reading Ambassadors - L-Ambaxxaturi tal-Qari -

L-Ambaxxaturi tal-Qari / Reading Ambassadors

L-Ambaxxaturi tal-Qari/Reading Ambassadors huwa programm li jrawwem l-imħabba lejn il-qari permezz ta’ attivitajiet divertenti fl-iskejjel li jieħdu sehem fihom personalitajiet lokali maħtura mill-Aġenzija. Waqt dawn l-attivitajiet, l-ambaxxaturi magħżula jaqraw lil klassijiet differenti, bil-Malti jew bl-Ingliż, u jiddiskutu mat-tfal il-ktieb moqri. Wara s-sessjonijiet ta’ qari, isir forum fis-sala tal-iskola, fejn l-istudenti jkollhom l-opportunità li jsaqsu lill-ambaxxaturi xi mistoqsijiet relatati mal-qari u l-esperjenzi tagħhom. Fost l-ambaxxaturi hemm kantanti, atturi, plejers tal-futbol, preżentaturi, xandara u ġurnalisti. L-attività tintemm b’kanzunetta kantata minn wieħed/waħda mill-ambaxxaturi. Dan il-programm qed isir bl-għajnuna ta’ Agenda Bookshop.

Ikkuntattjana fuq Facebook Ambaxxaturi tal-Qari/Reading Ambassadors jew ċempel 2598 3324.