Għidli Storja / Tell me a Story

Għidli Storja / Tell Me a Story

Għidli Storja/Tell Me a Story huwa programm bilingwi tal-irrakkontar tal-istejjer immirat għall-istudenti tal-ħames sena tal-primarja sabiex isaħħu t-taħdit, is-smigħ u fehim permezz tal-irrakkontar tal-istejjer u attivitajiet tat-taħdit u s-smigħ. Matul is-sessjonijiet immexxija mir-rakkontatur/rakkontatriċi bl-għajnuna tal-għalliema u l-LSEs, l-istudenti se jisimgħu ħrejjef u leġġendi Maltin u barranin, bil-Malti jew bl-Ingliż; jitgħallmu jirriflettu dwar l-irrakkontar tal-istejjer billi jagħtu rispons kostruttiv u pożittiv lir-rakkontatur/rakkontatriċi, kif ukoll, jiġu megħjuna biex jirnexxilhom joħolqu u jirrakkontaw stejjer b’mod indipendenti.

Ikkuntattjana fuq Facebook Għidli Storja/Tell Me a Story jew ċempel 2598 3336.