Aqra Kemm Tiflaħ

Aqra Kemm Tiflaħ / Enriching Classroom Libraries

L-għan ta’ Aqra Kemm Tiflaħ/Enriching Classroom Libraries huwa li jipprovdi kotba ta’ kwalità għolja u attraenti lil-libreriji tal-klassijiet ġewwa l-iskejjel tal-Primarja u tal-Kindergarten. Kull klassi tiġi allokata għażla ta’ kotba bl-Ingliż u bil-Malti. Il-kotba huma ta’ ġeneri differenti, kemm fittizji kif ukoll u fattwali. B’hekk, it-tfal qed jiġu offruti firxa wiesgħa ta’ kotba minn fejn jagħżlu u jieħdu d-dar magħhom biex jaqraw għall-gost.

Minbarra li jipprovdi l-kotba, it-tim wara l-programm żviluppa diversi riżorsi biex ikompli jħeġġeġ lill-istudenti jaqraw. Fost dawn hemm logħob u attivitajiet interattivi għal qabel, waqt u wara l-qari. Dawn ir-riżorsi jfittxu li joħolqu spazju għat-tfal biex jaħdmu waħedhom bil-pass tagħhom. Għaldaqstant, jiġu pprovduti tweġibiet kemm għal-logħob interattiv kif ukoll għat-tliet attivitajiet imfassla fuq kull ktieb sabiex it-tfal ikunu jistgħu jiċċekkjaw xogħolhom.

Ikkuntattjana fuq Facebook Aqra Kemm Tiflaħ jew ċempel 2598 3304.

Riżorsi bil-Lingwa Maltija

Riżorsi bil-Lingwa Ingliża